
As an Amazon Associate and affiliate partner, Menrva Books earns from qualifying purchases. Learn more
Din hija kitba soċjo-realistika kontemporanja ta' Carmel Grech, intisa għall qarreja adulti, mibnija fuq grajjiet veritiera, li ġraw tabilġħaq f'Malta u minn persunaġġi Maltin u barranin. Kitba edukattiva u nformattiva miktuba bl-intenzjoni li l-ġenituri, jew kustodji ta' tfal ta' kull żmien, jintebħu minn kmieni kemm jista' jkun, bid-differenzi f'uliedhom jew fil-minuri afdati lilhom, u jaċċettaw lil uliedhom kif ħalqithom in-Natura. Dan ikun jiswa ferm ta' ġid għaż-żewġ partijiet.Bit-tama li din il-kitba tkun ta' għajnuna lil dawk kollha li jsibuha bi tqila biex jaċċettaw lilhom infushom kif ħalaqhom il-Mulej!Ġrajja ta' żewġt irġiel li l-ħbiberija intima u r-relazzjoni tagħhom, kienet aċċettata mill-familjari u l-ħbieb kollha tagħhom hekk kif kien ħalaqhom il-Mulej, saħansitra, anke għal festini ta' żwieġ, magħmudiji u oħrajn bejn tal-familja jew ħbieb, kienu jistidnuhom flimkien, sakemm wieħed minnhom qabad triq oħra bil-moħbi tal-ieħor u spiċċa ħażin.Rakkont ta' tabib brillanti tal-affari tiegħu fil-mediċina u li iżda, kien satiromaniku, u sieħbu, impjegat, li wara snin jgħixu ħajjithom f'hena ma' xulxin, u żmien twil ta' ferħ u ta' trankwillita', jgħaddu minn inkwiet u taqlib tal-moħħ, sakemm wieħed minnhom jispiċċa maqtul brutalment u mmanifestat b'korla kbira minn barrani fid-dar t'ommu stess.Kitba intenzjonata għall-qarrejja ta' ċerta maturita' minħabba s-sensittivita' tas-suġġett in kwistjoni, li għal xi wħud, għadu tabu' li jitħaddtu fuqu, għalkemm nippretendu li s-Soċjeta' Maltija mxiet ħafna 'l quddiem u li aċċettat id-diversitajiet tal-ħajja!Kuntat: carmelgrech1953@gmail.com
Page Count:
212
Publication Date:
2020-04-01
Publisher:
Independently Published
ISBN-13:
9798632906975
No comments yet. Be the first to share your thoughts!